Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – FN et vs CEPOL

(Kawża T-334/16 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Trasferiment tas-sede taċ-CEPOL minn Bramshill (ir-Renju Unit) għal Budapest (l-Ungerija) – Assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FN, FP u FQ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Appellata: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: inizjalment F. Bánfi u R. Woldhuis, sussegwentement R. Woldhuis u D. Schroeder, aġenti, assititi minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2016, FN et vs CEPOL (F-41/15 DISS II, EU:F:2016:70), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2016, FN et vs CEPOL (F-41/15 DISS II), hija annullata sa fejn din ma ddikjaratx inammissibbli t-talbiet għal annullament ippreżentati minn FN, FP u FQ.

It-talbiet għal annullament ippreżentati minn FN, FP u FQ quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/15 DISS II huma miċħuda.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

FN, FP u FQ, minn naħa, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), min-naħa l-oħra, għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-proċedura ta’ appell u mal-proċedura tal-ewwel istanza.

____________

1     ĠU C 305, 22.8.2016.