Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/08) 1

"Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sistema ta' għajnuna prevista mil-liġi Taljana - Sistema ddikjarata kompatibbli mas-suq intern - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta' ċerti impriżi - Prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta' dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza - Nuqqas manifest ta'ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tat-12 ta' Luljuż 2000, li ma toġġezzjonax kontra sistema ta' għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [għajnuna mill-Istat N 715/99 - Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Nuova Agricast Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008.