Language of document : ECLI:EU:T:2011:346





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 – Aldi Einkauf vs UASI – Illinois Tools Works (TOP CRAFT)

(Kawża T-374/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOP CRAFT – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Krafft – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Użu ġenwin ta’ trade marks preċedenti – Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009] u r-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 24)

2.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 25-27)

3.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 28)

4.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44, 51, 56, 64)

5.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47, 48, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.