Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 - Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensaha:

EUR 1,447,249.00, jew somma differenti, ikbar jew iżgħar li tiġi ddeterminata matul il-kawża, bħala kumpens għal danni minħabba r-riżultat baxx tal-ġestjoni karatteristika tal-impriża rreġistrat fis-sena finanzjarja magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2003 meta mqabbel ma' dak li kien jirriżulta kieku ġie kkompletat il-programm ta' investimenti b'rivalutazzjoni mill-1 ta' Lulju 2003 u sad-data tas-sentenza, u

EUR 1,432,497.00, jew somma differenti, ikbar jew iżgħar li tiġi ddeterminata matul il-kawża, bħala kumpens għal danni minħabba r-riżultat baxx tal-ġestjoni karatteristika tal-impriża rreġistrat fis-sena finanzjarja magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2004 meta mqabbel ma' dak li kien jirriżulta kieku ġie kkompletat il-programm ta' investiment b'rivalutazzjoni mill-1 ta' Lulju 2004 sad-data tas-sentenza,

EUR 2,009,197.00, jew somma differenti, ikbar jew iżgħar li tiġi ddeterminata matul il-kawża, bħala kumpens għal danni minħabba r-riżultat baxx tal-ġestjoni karatteristika tal-impriża rreġistrat fis-sena finanzjarja magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2005 meta mqabbel ma' dak li kien jirriżulta kieku ġie kkompletat il-programm ta' investiment b'rivalutazzjoni mill-1 ta' Lulju 2005 sad-data tas-sentenza,

EUR 1,830,564.00, jew somma differenti, ikbar jew iżgħar li tiġi ddeterminata matul il-kawża, bħala kumpens għal danni minħabba r-riżultat baxx tal-ġestjoni karatteristika tal-impriża rreġistrat fis-sena finanzjarja magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2006 meta mqabbel ma' dak li kien jirriżulta kieku ġie kkompletat il-programm ta' investiment b'rivalutazzjoni mill-1 ta' Lulju 2006 sad-data tas-sentenza,

EUR 1,947,081.00, jew somma differenti, ikbar jew iżgħar li tiġi ddeterminata matul il-kawża, bħala kumpens għal danni minħabba r-riżultat baxx tal-ġestjoni karatteristika tal-impriża rreġistrat fis-sena finanzjarja magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2007 meta mqabbel ma' dak li kien jirriżulta kieku ġie kkompletat il-programm ta' investiment b'rivalutazzjoni mill-1 ta' Lulju 2007 sad-data tas-sentenza,

bl-interessi fuq tali somom rivalutati, li għandhom ikunu kkalkulati mid-data tas-sentenza u sakemm jitħallsu kollha, bir-rata stabbilita mill-BĊE għat-transazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda bin-numru ta' punti perċentwali li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis xieraq, numru li r-rikorrenti tixtieq li ma jkunx ta' inqas minn tnejn, u

tal-ispejjeż, inkluż dawk tal-konsultazzjoni teknika tal-parti għall-2008.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa l-kontinwazzjoni naturali tar-rikors fil-kawża T-362/05, li permezz tiegħu ir-rikorrenti talbet, fost l-oħrajn, il-kundanna tal-Kummissjoni għall-kumpens tad-danni minħabba qligħ mitluf, ikkostitwit mid-differenza bejn ir-riżultat tal-ġestjoni karatteristika li rriżulta mill-kontijiet magħluqa fit-30 ta' Ġunju 2003 u, suċċessivament, fit-30 ta' Ġunju tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, u r-riżultati rispettivi tal-ġestjoni karatteristika li kienu jintlaħqu kieku l-investiment ipproggrammat seħħ.

B'dan ir-rikors ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni bl-istess (jew kważi) illegalitajiet li kienu diġà ġew akkużati fir-rikors tal-kawża T-362/05. Anke l-ilmenti rigward l-atti u l-aġir tal-Kummissjoni huma l-istess bħal dawk ifformulati f'dan ir-rikors, imma jieħdu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fis-sentenza mogħtija fil-15 ta' April 2008, fil-kawża C-390/06 P Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni.

____________