Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2011 - Fercal - Consultadoria e Serviços vs UASI - Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)

(Kawża T-360/11)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: FERCAL - CONSULTADORIA E SERVIÇOS, LDa (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Parfums Rochas SAS

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI R-2355/2010-2, tal-21 ta' April 2011, mogħtija fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità Patrizia Rocha vs Rochas, u, konsegwentement, teżamina l-appell mid-deċiżjoni tas-27 ta' Settembru 2010 fil-kuntest tal-oppożizzjoni B-001559361

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: PATRIZIA ROCHA

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Parfums Rochas SAS

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: "ROCHAS"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell iddikjarat inammissibbli

Motivi invokati: It-terminu prefiss għall-ppreżentata tar-rikors kien jiskadi fit-28 ta' Jannar 2011.

Ir-rikorrenti wettqet it-trażmissjoni permezz tas-servizz tal-posta fis-27 ta' Jannar 2011, il-jum qabel l-aħħar jum tat-terminu.

____________