Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2012 - MIP Metro vs UASI - Holsten-Brauerei (H)

(Kawża T-193/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Holsten-Brauerei AG (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Frar 2012, fil-Każ R 2340/2010-1, sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni kontra l-estensjoni tal-protezzjoni tar-RI Nru 984 017, peress li tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Komunitarju (KE) Nru 40/94;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tarka bl-ittra "H", reġistrazzjoni internazzjonali b'effett fl-Unjoni Ewropea, għal prodotti fil-klassi 32 - Nru 984 017

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Holsten-Brauerei AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Ġermaniża li tirrappreżenta kavallier fuq żiemel b'tarka li għandha l-ittra "H" għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________