Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-192/12) 1

(“Rikors għal annullament – Ambjent – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1143/2011 li japprova s-sustanza attiva prokloraż – Talba għal eżami intern mill-ġdid – Rifjut – Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti minn organizzazzjoni sabiex tkun tista’ tressaq talba għal eżami intern mill-ġdid – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Rutteman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement P. Oliver u P. Ondrůšek, sussegwentement P. Ondrůšek, J. Tomkin u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex teżamina mill-ġdid ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2011, tal-10 ta’ Novembru 2011, li japprova s-sustanza attiva prokloraż skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 kif ukoll l-anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 293, p. 26).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.