Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 – Iglotex vs UASI - Iglo Foods Group (IGLOTEX)

(Kawża T-282/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iglotex S.A. (Skórcz, il-Polonja) (rappreżentanti: I. Helbig, P. Hansmersmann u S. Rengshausen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iglo Foods Group Ltd (Feltham, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “IGLOTEX” - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 283 367 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “IGLO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 740 238

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.