Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2011 - Alstoff Recycling Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/03) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Sistema ta' ġbir u ta' riċiklaġġ ta' imballaġġi użati fl-Awstrija - Ftehim ta' ġbir u ta' għażla li jinkludu klawżoli ta' esklużività - Deċiżjoni ta' eżenzjoni individwali - Obbligi imposti - Prinċipju ta' proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alstoff Recycling Austria AG, li qabel kienet Altstoff Recycling Austria AG u ARGEV Verpackungsverwertungs-Gesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Wollmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment W. Mölls, sussegwentement W. Mölls u H. Gading, u fl-aħħar nett R. Sauer, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: EVA Erfassen u Verwerten von Altstoffen GmbH (Vjenna) (rappreżentanti: A. Reidlinger u I. Hartung, avukati); u Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte (Vjenna) (rappreżentant: K. Wessely, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/208/KE, tas-16 ta' Ottubru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każi COMP D3/35470 - ARA u COMP D3/35473 - ARGEV, ARO) (ĠU 2004, L 75, p. 59)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Altstoff Recycling Austria AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, EVA Erfassen und Verwerten von Altstoffen GmbH u l-Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 59, 6.3.2004.