Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXIMBLIS)

(Kawża T-542/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RUXIMBLIS – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RUXIMERA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl, A. Folliard-Monguiral u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u P.-F. Karamolegkou, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 1877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer u Stada Arzneimittel.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 339, 12.10.2020.