Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Nissan Motor vs EUIPO – VDL Groep (VDL E-POWERED)

(Kawża T-756/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VDL E-POWERED – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti e-POWER – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nissan Motor Co. Ltd (Yokohama-shi, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Martini-Berthon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VDL Groep BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Rijks, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 2915/2019-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nissan Motor u VDL Groep.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nissan Motor Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ VDL Groep BV.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021.