Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 – General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)
(Kawża T-394/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GENERAL BEARING CORPORATION – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 20)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 73/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali GENERAL BEARING CORPORATION bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | General Bearing Corp. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali GENERAL BEARING CORPORATION għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6345871 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) | | Generali Bearing Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |