Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2010 - Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)

(Kawża T-363/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u J. Springer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 1560/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "RESTORE" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: -    ksur tad-dritt għal smigħ xieraq minħabba li fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell irrefera għal provi li ma ġewx ikkomunikati lir-rikorrenti;

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhuwiex terminu deskrittiv tal-prodotti li fir-rigward tagħhom qed issir l-applikazzjoni għal trade mark;

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).