Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2024 – Özkan Demir Çelik Sanayi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Özkan Demir Çelik Sanayi AŞ (İzmir, it-Turkija) (rappreżentanti: J. Cornelis u M. Van Luchene, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/209 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (C/2024/13); u

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(10), 2(10)(j) u 2(11) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”), u żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn intużat id-data tal-ordni minflok id-data tal-fattura bħala d-data tal-bejgħ għall-finijiet tal-aġġustament għall-konverżjoni tal-munita.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn jikkonċerna r-rifjut li jsir kalkolu trimestrali tad-dumping u, konsegwentement, ksur tal-Artikolu 2(4) u tal-parti introduttiva tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

____________

1 Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).