Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pyrox vs UASI – Köb Holzheizsysteme (PYROX)

(Kawża T-575/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PYROX – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PYROT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt, l-Awstrija)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Köb Holzheizsysteme GmbH u Pyrox GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pyrox GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.