Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 – Wilmar Trading vs UASI – Agroekola (ULTRA CHOCO)

(Kawża T-232/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għat-trade mark Komunitarja verbali ULTRA CHOCO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ultra choco – Trade mark użata fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u fil-Bulgarija mhux irreġistrata preċedentement ULTRA CHOCO – Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu tal-ħlas tal-ammont tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala appell meqjus li ma sarx”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wilmar Trading Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: E. Miller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Negro u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Agroekola EOOD (Sofija, il-Bulgarija)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 87/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wilmar Trading Pte Ltd u Agroekola EOOD.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wilmar Trading Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 243, 11.08.2012.