Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 – Arctic Paper Mochenwangen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-634/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arctic Paper Mochenwangen GmbH (Wolpertswende, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kobes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013) 5666, 2013/448/UE, ĠU L 240, p. 27), sa fejn dan jiċħad l-inklużjoni tal-istallazzjoni elenkata fl-Anness I, punt A, kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ istallazzjoni DE00000000000563, fil-lista ta’ istallazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ippreżentata lill-Kummissjoni mill-Ġermanja, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll il-kwantitajiet annwali provviżorji korrispondenti ta’ kwoti ta’ emissjoni li għandhom jiġu allokati fuq bażi gratuwita lil dawn l-istallazzjonijiet,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka prinċipalment il-motivi li ġejjin:

id-deċiżjoni kkontestata tikser, sa fejn din hija kkontestata mir-rikorrenti, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE 2 . Id-deċiżjoni hija wkoll inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.Id-Deċiżjoni 2011/278/UE ma tipprekludix allokazzjoni addizzjonali tranżitorja ta’ kwoti fuq bażi gratuwita sabiex jiġu kkumpensati diffikultajiet eċċessivi. Fi kwalunkwe każ, il-garanziji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali għal-libertà tal-intrapriża u għall-proprjetà, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jeżiġu allokazzjoni partikolari fil-każ ta’ diffikultajiet eċċessivi sabiex jiġu kkumpensati imposti irraġonevoli konsekuttivi għas-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjoni.Finalment, ir-rikorrenti tilmenta li sar ksur tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Qabel id-deċiżjoni, ir-rikorrenti ma kellhiex l-okkażjon

i li tieħu pożizzjoni.

____________

____________

1 Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631). Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u