Language of document : ECLI:EU:T:2013:312





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2013 — HTTS vs Il-Kunsill

(Kawżi T‑128/12 u T‑182/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bħala prevenzjoni mill-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti — Neċessità tal-eżistenza ta’ interess ġuridiku sal-mument tad-deċiżjoni ġudizzjarja — Kunċett ta’ interess ġuridiku — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lil parti li ppreżentatu (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punti 30, 31, 35)

2.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Differenzazzjoni, minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ effikaċja, tal-portata tal-istħarriġ li minn naħa jirrigwarda l-miżuri dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari u mill-oħra l-miżuri dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu — Inammissibbiltà (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE) (ara l-punti 42-44)

3.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ — Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali — Stħarriġ li jestendi għall-evalwazzjoni ta’ fatti u l-verifika ta’ provi għal atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a) u Nru 267/2012 Artikolu 23(2)(e)) (ara l-punti 45-49))

4.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ — Esklużjoni ta’ elementi miġjuba għall-konjizzjoni tal-istituzzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(e)) (ara l-punti 54, 56))

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(e)) (ara l-punti 57, 59)

6.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Annullament f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li fihom miżuri restrittivi identiċi — Probabbiltà ta’ riskju serju għaċ-ċertezza legali – Żamma tal-effetti tal-ewwel minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-effetti tal-annullament tat-tieni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012) (ara l-punti 74, 75, 77-79)

Suġġett

Fil-Kawża T‑128/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), sa fejn din inkludiet lir-rikorrenti, għal raġunijiet ġodda fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, (ĠU L 19, p. 1), sa fejn dan inkluda lir-rikorrenti għal raġunijiet ġodda fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, fil-Kawża T‑182/12, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan żamm isem ir-rikorrenti fil-lista tal-persuni, entitajiet jew organi li għandhom il-beni tagħhom iffriżati.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑128/12 u T‑182/12 ġew magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Fil-kawża T‑128/12, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, f’dak li jikkonċerna lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn inkludiet l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.

4)

L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.

5)

L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35, huma miżmuma sa fejn jikkonċernaw lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping, mid-dħul fis-seħħ, l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sad-data effettiva tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012.

6)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.

7)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.