Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 - Bianchi vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

(Kawża F-38/06)1

(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Kuntratt għal perijodu stabbilit - Nuqqas ta' tiġdid - Inkompetenza - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Irène Bianchi (Turin, L-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avocat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: M. Dunbar, assistit minn G. Vandersanden, avocat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ li ma ġġeddidx il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 143 tas-17.6.2006, p. 37.