Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-84/12) 1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Privileġġi u immunitajiet

– Membru tal-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li titneħħa l-immunità – Eżami mill-ġdid – Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità – Inammissibbiltà – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: A. Raišutis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, M. Windisch u L. Mašalaitė-Chouteau, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Balčiūnaitė, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma tiġix difiża l-immunità parlamentari tar-rikorrent u li tinċaħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbliViktor Uspaskich huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.