Language of document : ECLI:EU:T:2011:263





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2011 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Modifikazzjoni tas-sistema ta’ finanzjament tal-korp pubbliku ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni Spanjol RTVE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament kompatibbli mas-suq intern – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Assenza ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement – Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 26, 27, 29, 30)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 35)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà –Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 40)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 55)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja tippjana li timplementa favur ir-RTVE (ĠU 2011, L 1, p. 9).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.