Language of document : ECLI:EU:T:2021:849


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal1 ta’ Diċembru 2021 – HC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-804/19)

“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Trattament ugwali – Proporzjonalità – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Sistema lingwistika tal-kompetizzjoni – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Responsabbiltà”

1.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati – Limiti – Kandidat li jitlob il-benefiċċju ta’ applikazzjoni inkorretta tal-avviż tal-kompetizzjoni lill-kandidati l-oħra – Inammissibbiltà

(ara l-punti 118 sa 120)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Evalwazzjoni tal-merti tal-kandidati – Eżami mill-ġdid tal-kandidaturi – Skop – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba t-twettiq ta’ eżami mill-ġdid mill-Bord tal-Għażla nnifsu – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 7(2)(b))

(ara l-punti 146 sa 148)

3.      Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Kandidat eskluż minn kompetizzjoni li jitlob l-annullament tal-lista ta’ kandidati mistiedna għall-fażi sussegwenti – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punti 175 sa 178)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel, tal-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 tal‑11 ta’ Ottubru 2018 organizzata sabiex jiġu stabbiliti żewġ listi ta’ riżerva li minnhom il-Kummissjoni kellha tirrekluta amministraturi (AD 7) fl-oqsma tad-dwana u tal-fiskalità, it-tieni, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ din il-kompetizzjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista tal-persuni mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, it-tielet, tad-deċiżjoni tal-istess bord tal-għażla li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid, ir-raba’, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑20 ta’ Awwissu 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu konformement mal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-ħames, tal-lista ta’ kandidati mistiedna għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HC huwa kkundannat għall-ispejjeż.