Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/08) 1

[“Fond ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġett għal sistema ta’ trattament tal-ilma f’Zaragoza — Kanċellament parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi — Kunċett ta’ xogħol — Artikolu 14(10) u (13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE — Qsim ta’ kuntratti — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità — Preskrizzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussgwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: G. Valero Jordana u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3249 tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni lir-Renju ta’ Spanja għall-proġett Nru 96/11/61/018 – “Saneamiento de Zaragoza” permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (96) 2095, tas-26 ta’ Lulju 1996.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 272, 25.10.2008.