Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/13) 1

[“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Galiċia (2007-2013) – Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali – Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali – Infiq imwettaq minn Spanja – Kontrolli fuq il-post – Obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem – Artikolu 10(2) u (4) u Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 – Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nruº796/2004 – Proċedura fil-kontumaċjaˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn N. Díaz Abad, sussegwentement minn M. Sampol Pucurull, avukat tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u P. Rossi, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn din tikkonċerna l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja għal ammont ta’ EUR 757 968.97.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 367, 14.12.2013.