Language of document : ECLI:EU:T:2013:54





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑368/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Rikors miċħud fil-kawża prinċipali — Talba li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punti 3, 4)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), sa fejn jikkonċerna l-Anness XVII (akrillamid) (ĠU L 101, p. 12).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.