Language of document : ECLI:EU:T:2015:758





Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 –
The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb)

(Kawża T‑656/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali komposta mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-29)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali komposta mill-forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 33-41)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 43-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 997/2013‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.