Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 - Schuerings vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

(Kawża F-87/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gisela Schuerings (Nizza, Franza) (rappreżentant: N. Lhoëst, avocat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-tkeċċija tat-23 ta' Ottubru 2007, li kellha bħala suġġett lir-rikorrenti, adottata mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

safejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti skont l-Artikolu 46 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tħallas is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għal dannu materjali;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tħallas is-somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għal dannu morali;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-ispejjeż.

____________