Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2023 – Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris vs Il-Parlament

(Kawża T-42/21 RENV) 1

(Rikors għal annullament – Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-projbizzjoni de facto tad-dritt għall-abort fil-Polonja – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Koźmiński u T. Siemiński, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u W. Kuzmienko, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar il-projbizzjoni de facto tad-dritt għall-abort fil-Polonja (2020/2876(RSP)).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura fil-Kawżi T-42/21 u C-546/21 P.

____________

1     Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja wara appell (ĠU C 261, 24.7.2023).