Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fis-27 ta’ Frar 2024 – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs V. M.

(Kawża C-151/24, Luevi 1 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenut: V. M.

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva (UE) 2011/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru 1 , bħala espressjoni konkreta tal-ħarsien tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi tas-sigurtà soċjali rrikonoxxut mill-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista tal-allowance soċjali taħt l-Artikolu 3(6) tal-legge 8 agosto 1995, n. 335 (Riforma del sistema pensionistico obbligatorio e complementare) (il-Liġi tat-8 ta’ Awwissu 1995, Nru 335 (Riforma tas-Sistema ta’ Pensjoni Obbligatorja u Kumplimentari)) taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u, għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma testendix din l-allowance għall-barranin fil-pussess tal-permess uniku previst mill-istess direttiva, liema allowance diġà hija rikonoxxuta lill-barranin bil-kundizzjoni li dawn ikollhom permess ta’ residenza tal-Unjoni Ewropea għal residenti għat-tul?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2011, L 343, p. 1.