Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – K-Swiss vs UASI - Künzli SwissSchuh (Strixxi paralleli fuq żarbuna)

(Kawża T-85/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (Westlake, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u K. Tasma, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Künzli SwissSchuh AG (Windish, l-Isvizzera)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 174/2011-2), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Künzli SwissSchuh AG u K-Swiss, Inc.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.K-Swiss, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.