Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011 - centrotherm Clean Solutions vs UASI - Centrotherm Systemtechnik (CENTROTHERM)

(Kawża T-427/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u R. Manea, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta' revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta' Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4) hija annullata sa fejn hija annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat 30 ta' Ottubru 2007.

2)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG.

3)    Centrotherm Systemtechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.