Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yingli Energy (China) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina); Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Haikou, iċ-Ċina); Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Hengshui, iċ-Ċina); Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Tianjin, iċ-Ċina); Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd (Baoding); Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd (Baoding); Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Technology Co. Ltd (Pekin, iċ-Ċina); Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd (Pekin); Yingli Green Energy Europe (Düsseldorf, il-Ġermanja); Yingli Green Energy South East Europe GmbH (Grünwald, il-Ġermanja); Yingli Green Energy France SAS (Lyon, Franza); Yingli Green Energy Spain, SL (La Moraleja, Spanja); Yingli Green Energy Italia Srl (Ruma, l-Italja); u Yingli Green Energy International AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-partijiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325 , p. 1.), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li billi imponew miżuri antidumping fuq moduli kristallini tas-silikon fotovoltajċi u komponenti ewlenin ikkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-waqt li l-Avviż tal-bidu jsemmi biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 5(10) u 5(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 1 .

It-tieni motiv ibbażat fuq li billi imponew miżuri antidumping fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni antidumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.It-tielet motiv ibbażat fuq li billi applikaw metodoloġija ta’ ekonomija mhux tas-suq għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping ta’ prodotti minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li billi għamlu investigazzjoni waħda għal żewġ prodotti distinti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli), l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.Il-ħames motiv ibbażat fuq li billi għamlu d-determinazzjoni tal-ekonomija tas-suq tar-rikorrenti iktar minn tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni u wara li jkunu rċevew l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jikkalkulaw il-marġni tad-dumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.Is-sitt motiv ibbażat fuq li billi ma kkwantifikawx b’mod separat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kkawżat kemm mill-importazzjonijiet iddampjati u minn fatturi oħra magħrufa u, b

ħala konsegwenza, imponew rata ta’ dazju iktar minn dak li huwa meħtieġ sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet iddampjati lill-industrija tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 3 u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/200

9.Is-seba’ motiv ibbażat fuq li billi ma żvelawx il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom l-istituzzjonijiet kellhom l-intenzjoni li jimponu miżuri definittivi antidumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 20(2) tar-Regolam

ent tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.