Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Jannar 2009 - Dornbracht vs UASI - Metaform Lucchese (META)

(Kawża T-1/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metaform Lucchese SpA (Monsagrati, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Novembru 2008 (R 1152/2006-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti inklużi dawk inkorsi fil-proċedururi tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "META" għal prodotti fil-klassijiet 9, 11, 20 u 21 (Applikazzjoni Nru 3 081 271)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Metaform Lucchese SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva "METAFORM" għal prodotti fil-klassijiet 6, 11, 20, 21 u 24 (trade mark Komunitarja Nru 1 765 361), it-trade mark figurattiva Taljana (trade mark Nru 587 108) u t-trade mark internazzjonali figurattiva (trade mark Nru 603 054) għal prodotti 6, 11, 20 21 u 24 ukoll

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)