Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 – TrekStor vs UASI – MSI Technology (MovieStation)

(Kawża T-636/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), fis-sens li tiġi miċħuda t-talba tal-applikanti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “MovieStation” tal-20 ta’ Ġunju 2011, u tikkundanna lill-applikanti għall-ispejjeż.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : it-trade mark verbali “MovieStation” għal prodotti fil-klassi 9 ‒ Trade mark Komunitarja Nru 5 743 257Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: MSI Technology GmbHMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009.Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark ikkonċernata ddikjarata invalidaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.