Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 – Sto vs UASI – Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

(Kawża T-640/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sto AG (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kern u J. Sklepek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fixit Trockenmörtel Holding AG (Baar, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-Deċiżjoni R 905/2012-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-25 ta’ Settembru 2013, billi tilqa’ l-oppożizzjoni skont it-talbiet ifformulati quddiem il-Bord tal-Appell u billi tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 207 085;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Fixit Trockenmörtel Holding AG Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CRETEO” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19 ̶ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 207 085Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Ġermaniżi “StoCretec” u “STOCRETE” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.