Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 – Bimbo vs UASI – Cafe' do Brasil (Caffè KIMBO)

(Kawża T-637/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe' do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1434/2012-4;

tikkundanna lill-parti l-oħra, fil-każ li tintervjeni, għal-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “Caffè KIMBO” miktuba bil-kuluri iswed, aħmar, deheb, abjad, ikħal ċar, ikħal skur, isfar u aħdar ċar għal prodotti fil-klassijiet 30, 32, u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 273 884

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 291 655 għat-trade mark verbali “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30 u trade mark verbali preċedenti Spanjola u Portugiża, magħrufa sew “BIMBO”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1), (2) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009