Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Trekstor vs UASI – MSI Technology (MovieStation)

(Kawża T-636/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MovieStation – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52 tar-Regolament Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lieb, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor Ltd u MSI Technology GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.TrekStor Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).MSI Technology GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 39, 8.2.2014.