Language of document : ECLI:EU:T:2015:801





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2015 –
TrekStor vs UASI – MSI Technology (MovieStation)

(Kawża T‑636/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MovieStation – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20, 22)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarju għall-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark verbali MovieStation (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a)) (ara l-punti 21, 34, 38-40)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Legalità – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 31-33)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett – Trade mark komposta minn kelma jew minn neoloġiżmu riżultat ta’ għaqda ta’ elementi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 37)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv, deskrittivi jew komuni – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) sa (d)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑24 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor Ltd u MSI Technology GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TrekStor Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

MSI Technology GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.