Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – Think Schuhwerk vs UASI (Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben)

(Kawża T-208/12) 1

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja – Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Proċedura fil-kontumaċja”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1552/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti minn estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Think Schuhwerk GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 209, 14.07.2012.