Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT)

(Kawża T-262/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skysoft Computersysteme GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: J. Barry, S. Wright, solicitors, u P. Roberts, barrister)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2503/2011-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skysoft Computersysteme GmbH, min-naħa l-oħra.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Skysoft Computersysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.