Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2013 – Polo/Lauren vs UASI - FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota jżomm martell b’manku twil b’rasu tal-injam)

(Kawża T-265/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Polo/Lauren Company, LP (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Davies, Solicitor, J. Hill, Barrister u R. Black, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FreshSide Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-1 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 15/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota jżomm martell b’manku twil b’rasu tal-injam għall-prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 766 917

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: trade mark figurattiva li fiha rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo fuq żiemel għall-prodotti fil-klassijiet 9, 18, 20, 21, 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009