Language of document : ECLI:EU:T:2018:340





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Fenyves vs EUIPO (Blue)

(Kawża T375/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Blue – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 14, 15, 28)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 22)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva Blue

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 33, 37, 42, 43, 46)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 39-41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1974/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Blue bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Klaudia Patricia Fenyves hija kkundannata għall-ispejjeż.