Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – Airbnb vs EUIPO – Airtasker (AIRBNB)

(Kawża T-94/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Airbnb, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Maier u A. Nordemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Airtasker Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AIRBNB”– Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 376 468

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2023 fil-Każijiet maqgħuda R 886/2022-2 u R 893/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tas-servizzi, hekk kif ċirkoskritti mir-rikorrenti, li fir-rigward tagħhom it-trade mark ġiet irrevokata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________