Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talba tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)6015 finali tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/2008 (ex 62/2008) li l-Italja biħsiebha tagħti taħt il-forma ta' emenda tal-iskema ta' għajnuna N 59/2004 dwar mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta' bastimenti, innotifikata lir-Repubblika tal-Italja fit-22.10.2008 bin-nota tat-22.10.2008 Nru SG-Greffe (2008) D/206436.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess bħall-Kawża T-584/08 Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dik il-kawża.

____________