Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/13)1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni ‘Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura’ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Offerta anormalment baxxa – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Sciaudone, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u L. Di Paolo, aġenti)

Suġġett

Talba għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti minħabba irregolaritajiet mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti “Stabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni “Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura” (AGRI-2012-PEI-01).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Agriconsulting Europe SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 367, 14.12.2013.