Language of document : ECLI:EU:T:2016:40

Kawża T‑570/13

Agriconsulting Europe SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kuntratt pubbliċi ta’ servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implimentazzjoni ta’ Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni ‘produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu’ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Offerta anormalment baxxa – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016

1.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(Artikolu 340(2) TFUE)

2.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova

(Artikolu 340(2) TFUE)

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Oneru tal-prova

(Artikolu 340(2) TFUE)

5.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Offerta anormalment baxxa – Obbligu ta’ eżami mill-awtorità kontraenti tan-natura anormalment baxxa tal-offerta – Portata – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 139 u 146(4))

6.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Offerta anormalment baxxa – Obbligu li l-awtorità kontraenti tistabbilixxi proċedura ta’ verifika kontradittorja – Portata

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 139(1) u 146(4))

7.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Portata

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1605/2002, Artikolu 89(1))

8.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Preġudizzju reali u ċert ikkważat – Dannu li jirriżulta minn lucrum cessans – Dannu futur u ipotetiku – Inammissibbiltà

(Artikolu 340(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 101)

9.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Spejjeż sostnuti minn offerent – Dritt għal kumpens – Assenza – Eċċezzjoni – Ksur tad-dritt tal-Unjoni

(Artikolu 340(2) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1605/2002, Artikolu 101)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31-33)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 34)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 39, 121)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

5.      Mill-Artikolu 97(2) tar-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u mill-Artikoli 139 u 146(4) tar-Regolament 2342/2002, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002, jirriżulta li l-kunċett ta’ “offerta anormalment baxxa” ma huwiex iddefinit la fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1605/2002, u lanqas f’dawk tar-Regolament Nru 2342/2002. F’dan ir-rigward, in-natura anormalment baxxa ta’ offerta għandha tiġi evalwata inkonnessjoni mal-kompożizzjoni tal-offerta u inkonnessjoni mal-provvista inkwistjoni. B’hekk, l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest tal-eżami tagħha tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta, bil-ħsieb li tiżgura kompetizzjoni sana, tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss iċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 139(2) tar-Regolament Nru 2342/2002, iżda wkoll l-elementi kollha rilevanti fid-dawl tas-servizz inkwistjoni.

(ara l-punti 54, 55)

6.      Mill-Artikolu 139(1) u mill-Artikolu 146(4) tar-Regolament Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002 jirriżulta li jirriżulta li l-awtorità kontraenti hija suġġetta, waqt l-eżami tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta, għall-obbligu li titlob lill-offerent li jipproduċi l-ġustifikazzjonijiet neċessarji sabiex jipprova li l-offerta tiegħu kienet serja. L-eżistenza ta’ dibattitu kontradittorju effettiv, f’mument utli fil-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti, bejn l-awtorità kontraenti u l-offerent, sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jipprova li l-offerta tiegħu hija serja, tikkostitwixxi rekwiżit fundamentali fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, bil-għan li tiġi evitata l-arbitrarjetà tal-awtorità kontraenti u li tiġi żgurata kompetizzjoni b’saħħitha bejn l-impriżi.

(ara l-punt 71)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 80)

8.      Ir-rikors li insostenn tiegħu jiġi invokat dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ qliegħ għandu jiġi miċħud, peress li ma huwiex dannu li sar u huwa attwali, iżda futur u ipotetiku. Fil-fatt, il-kundizzjoni marbuta mad-dannu tirrikjedi li d-dannu li għalih jintalab kumpens ikun reali u ċert, fatt li għandu jiġi pprovat mir-rikorrenti.

B’hekk, fir-rigward tad-dannu li jikkorrispondi għan-nuqqas ta’ qliegħ ta’ offerent eskluż fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti organizzata mill-Kummissjoni u marbut mat-telf tal-kuntratt inkwistjoni, dan ma huwiex reali u ċert, iżda ipotetiku u għaldaqstant ma jitsax ikun suġġett għal kumpens. Fil-fatt, skont l-Artikolu 101 tar-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-awtorità kontraenti tista’, sal-iffirmar tal-kuntratt, tirrinunzja għall-kuntratt jew tannulla l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt, u l-kandidati jew l-offerenti ma jkollhom l-ebda dritt għal kumpens. B’hekk, anki jekk jiġi preżunt li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ppropona li l-kuntratt għandu jingħata lir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti ma kinitx marbuta mill-proposta tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, iżda kellha setgħa diskrezzjonali kbira dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni għall-għoti ta’ kuntratt. Issa, l-ebda prinċipju u l-ebda regola applikabbli għall-proċeduri ta’ sejħa għal offerti tal-Kummissjoni ma j/timponi fuq din tal-aħħar l-obbligu li din tiffirma l-kuntratt mal-persuna indikata bħala dik li rebħet il-kuntratt fi tmiem il-proċedura ta’ sejħa għal offerti. F’dan ir-rigward, minħabba r-redazzjoni tal-Artikolu 101 tar-Regolament Nru 1605/2002, offerent eskluż ma jitlifx kuntratt, iżda iżda l-opportunità li jikseb il-kuntratt li huwa suġġett għal sejħa għal offerti Komunitarja.

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ offerent eskluż minħabba n-natura anormalment baxxa tal-offerta, anki jekk iċ-ċaħda tal-offerta tagħha hija vvizzjata b’illegalità, xorta jibqa’ l-fatt li din l-offerta hija anormalment baxxa u li l-offerent eskluż ma jistax fi kwalunkwe każ jipprevalixxi ruħu minn dannu mat-telf tal-opportunità li jikseb il-kuntratt inkwistjoni.

(ara l-punti 91-96, 100, 110)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 112-115)