Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Settembru 2015 – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak

(Kawża C-518/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Nivelles

Konvenut: Rudy Matzak

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(3)(ċ)(iii) tad-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 , għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jeskludu ċerti kategoriji ta’ pompiera rreklutati mis-servizzi pubbliċi tat-tifi tan-nar, mid-dispożizzjonijiet kollha li jiżguraw it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, inkluża dik li tiddefinixxi l-ħin tax-xogħol u l-perijodi ta’ mistrieħ?

Sa fejn id-Direttiva Ewropea 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, tipprevedi biss normi minimi, għandha tiġi interpretata bħala li ma tostakolax li l-leġiżlatur nazzjonali jżomm jew jadotta definizzjoni inqas retrittiva tal-ħin tax-xogħol?

B’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 153(5) TFUE u tal-għanijiet tad-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, sa fejn dan jiddefinixxi l-kunċetti prinċipali użati minnha u, b’mod partikolari, dawk tal-ħin tax-xogħol u tal-perijodi ta’ mistrieħ, għandu jiġi interpretat bħala li ma huwiex applikabbli għall-kunċett ta’ ħin tax-xogħol li għandu jippermetti li jiġu ddeterminati r-remunerazzjonijiet dovuti fil-każ ta’ ħin ta’ disponibbiltà mid-dar (“home-based on-call time”)?Id-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, tipprekludi li l-ħin ta’ disponibbiltà mid-dar jitqies bħala ħin tax-xogħol meta, minkejja li d-disponibbiltà tiġi eżegwita fid-dar tal-ħaddiem, il-limitazzjonijiet fuq dan tal-aħħar matul id-disponibbiltà (bħall-obbligu li jirrispondi t-telefonati tal-persuna li timpjegah f’mhux iktar minn tmien minuti), ikunu jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet ta’ attivitajiet oħra?

____________

1 Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, t

al-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).