Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo nº1 de Oviedo (Spanja) fis-16 ta’ Marzu 2016 – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público de la Administración del Principado de Asturias

(Kawża C-158/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo nº 1 de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarita Isabel Vega González

Konvenuta: Consejería de Hacienda y Sector Público de la Administración del Principado de Asturias

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “kondizzjonijiet tax-xogħol” imsemmi fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE 1 , tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi s-sitwazzjoni legali li tippermetti lil ħaddiem impjegat għal żmien determinat li ġie elett għal mandat ta’ rappreżentanza politika li jitlob u li jikseb, l-istess bħall-persunal permanenti, sospensjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu mal-persuna li timpjegah li tippermettilu li jirritorna fil-post tax-xogħol tiegħu mal-iskadenza tal-mandat parlamentari kkonċernat?

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni […] imsemmi fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni reġjonali, bħall-Liġi tal-Prinċipat ta’ Asturias Nru 3/1985, tas-26 ta’ Diċembru 1985, dwar l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tal-amministrazzjoni tal-Prinċipat ta’ Asturias, li l-Artikolu 59(2) tagħha jeskludi totalment u assolutament l-għoti ta’ leave speċjali lil membru tal-persunal mhux permanenti fil-pożizzjoni amministrattiva meta dan jiġi elett deputat fil-Parlament ta’ Asturias, filwaqt li dan id-dritt huwa rrikonoxxut lill-uffiċjali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.