Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n° 1 de Oviedo - Spanja) – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público del gobierno del Principado de Asturias

(Kawża C-158/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn l-ETUC, l-UNICE u ċ-CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” – Tqegħid amministrattiv f’pożizzjoni ta’ leave speċjali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ leave speċjali fil-każ ta’ elezzjoni għal funzjonijiet pubbliċi biss lill-uffiċjali stabbiliti, bl-esklużjoni ta’ membri tal-persunal mhux stabbiliti

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n° 1 de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarita Isabel Vega González

Konvenuti: Consejería de Hacienda y Sector Público del gobierno del Principado de Asturias

Dispożittiv

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludi d-dritt, għal ħaddiem li jkun ġie elett għal funzjoni parlamentari, li jibbenefika minn leave speċjali, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li permezz tiegħu r-relazzjoni tax-xogħol tkun sospiża, b’tali mod li ż-żamma tal-impjieg ta’ dan il-ħaddiem u d-dritt tiegħu sabiex javvanza jkunu ggarantiti sa tmiem dan il-mandat parlamentari.

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi b’mod assolut l-għoti, lil ħaddiem għal żmien determinat, sabiex jeżerċita mandat politiku, ta’ leave li permezz tiegħu r-relazzjoni tax-xogħol tiġi sospiża sakemm issir ir-reintegrazzjoni ta’ dan il-ħaddiem fi tmiem l-imsemmi mandat, meta dan id-dritt ikun irrikonoxxut lill-ħaddiema għal żmien indeterminat.

____________

1     ĠU C 211, 13.6.2016.