Language of document : ECLI:EU:T:2012:292

Kawża T-534/10

Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HELLIM — Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 207/2009”

Sommarju tas-sentenza

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali HELLIM u HALLOUMI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati u għat-talbiet imressqa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

3.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ dritt u ta’ fatt mhux ippreżentati quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

4.      Trade mark Komunitarja — Trade marks Komunitarji kollettivi — Sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew tas-servizzi — Eċċezzjoni — Interpretazzjoni stretta — Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ karattru distintiv — Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 66(2))

1.      Ma teżistix, għall-pubbliku ġenerali tal-Unjoni, il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjal verbali HELLIM, li saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja b’mod partikolari għal “Ħalib u prodotti tal-ħalib” fil-klassi 29 skont il-Ftehim ta’ Nice, u t-trade mark verbali HALLOUMI rreġistrata preċedentement bħala trade mark Komunitarja kollettiva għal “Ġobon” fl-istess klassi.

Fid-dawl tal-assenza ta’ xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali kunfliġġenti, minkejja l-identiċità jew xebh tal-prodotti kkonċernati, ma jistax ikun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fl-imħuħ tal-pubbliku kkonċernat meta l-eżistenza tax-xebh kunċettwali bejn is-sinjali kunfliġġenti ma tkunx, fil-każ ta’ trade mark preċedenti deskrittiva, biżżejjed sabiex jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ tali konfużjoni.

(ara l-punti 22, 54)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni

(ara l-punt 28)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni

(ara l-punti 28, 29)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni

(ara l-punti 49-52)